Dan is-servizz jipprovdi l-faċilità lil benefiċjarju jħallas online l-ammont sħiħ jew parti minnu fuq ħlas żejjed dovut lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Ħlas lura ta’ pagament żejjed jista’ jsir ukoll f’isem ċittadin ieħor billi tiddaħħal l-informazzjoni rilevanti fis-sezzjoni ta’ Ħallas f'Isem Ħaddieħor.