Ħlas Lura ta’ Pagament Żejjed

Ħlas Lura ta’ Pagament Żejjed

Dan is-servizz jipprovdi l-faċilità lil benefiċjarju jħallas online l-ammont sħiħ jew parti minnu fuq ħlas żejjed dovut lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Ħlas lura ta’ pagament żejjed jista’ jsir ukoll f’isem ċittadin ieħor billi tiddaħħal l-informazzjoni rilevanti fis-sezzjoni ta’ Ħallas f'Isem Ħaddieħor. Meta jkun hemm ħlas b'suċċess, tintbagħat email ta' notifikazzjoni hekk kif tkun indikata minnek waqt il-proċess tal-ħlas.

Utent li se juża e-ID

Dan is-servizz jippermetti li persuna tagħmel pagamenti online, għal ammont sħiħ jew parti minnu, ta’ ħlas żejjed dovut lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

Jekk se tillogja bl-użu ta’ e-ID ikklikkja l-buttuna t'hawn taħt.



Utent li mhux se juża e-ID

Dan is-servizz jipprovdi l-faċilità lill-persuna tagħmel parti mill-ħlas jew il-ħlas kollu lura ta’ pagament żejjed dovut lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali online, mingħajr il-bżonn li jillogja bl-użu tal-e-ID.

Jekk se tillogja mingħajr ma tuża s-servizz ta’ e-ID ikklikkja l-buttuna t'hawn taħt.

Min iħaddem u jirċievi ittra ta' avviż ta' ħlas żejjed b'rabta ma' talba għal tnaqqis gradwali tal-benefiċċji, għandu jutilizza l-informazzjoni pprovduta fl-ittra biex jagħmel ħlas lura online ta' pagament żejjed dovut lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.