Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji
Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji
Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji
L-iskema tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji (Tapering) hija maħsuba sabiex tħajjar lil persuni li jirċievu l-Għajnuna għal Diżimpjieg (UA), Għajnuna Soċjali (SA) u Għajnuna Soċjali għal Ġenituri Waħedhom mhux Miżżewġa (SUP) biex jaħdmu. Dan il-benefiċċju jingħata għal perjodu ta' 3 snin għal dawk il-benefiċjarji li jiġu impjegati jew ukoll li jaħdmu għal rashom sakemm jaqilgħu l-paga minima nazzjonali jew aktar. Dawk li qedgħin jirċievu Għajnuna Soċjali għal Ġenitur Singlu (SUP), jistgħu jkunu eliġibbli anke jekk ikunu f’impjieg part-time.
Dan il-kalkulatur huwa għodda li tippermettilek iddaħħal informazzjoni li minnha tinħadimlek proġezzjoni mhux uffiċjali għall-benefiċċju tiegħek. Din mhijiex stima uffiċjali u m’hemm l-ebda garanzija li int se tirċievi dawn l-ammonti. Il-preċiżjoni tal-istima tal-benefiċċju tiddependi minn kemm l-informazzjoni mdaħħla tkun viċin tal-informazzjoni fattwali fil-futur. Il-kalkulatur juża l-informazzjoni li ddaħħal u ma jikkomparax din l-informazzjoni mal-kont attwali tiegħek. Il-benefiċċju tas-sigurtà soċjali li tirċievi jrid jiġi kkalkulat skont il-proviżjonijiet tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).
Agħfas hawn għal aktar informazzjoni jew sabiex tapplika online