Benefiċċju ta` Waqt l-Impjieg

Benefiċċju ta` Waqt l-Impjieg

Il-Benefiċċju ta’ Waqt l-Impjieg jitħallas lil kopji jew ġenituri waħedhom li jkunu impjegati u għandhom tfal taħt it-23-il sena, għadhom dipendenti u jgħixu fl-istess residenza tagħhom.

Dan il-kalkulatur huwa għodda li tippermettilek iddaħħal informazzjoni li minnha tinħadimlek proġezzjoni mhux uffiċjali għall-benefiċċju tiegħek. Din mhijiex stima uffiċjali u m’hemm l-ebda garanzija li int se tirċievi dawn l-ammonti. Il-preċiżjoni tal-istima tal-benefiċċju tiddependi minn kemm l-informazzjoni mdaħħla tkun viċin tal-informazzjoni fattwali fil-futur. Il-kalkulatur juża l-informazzjoni li ddaħħal u ma jikkomparax din l-informazzjoni mal-kont attwali tiegħek. Il-benefiċċju tas-sigurtà soċjali li tirċievi jrid jiġi kkalkulat skont il-proviżjonijiet tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).


Agħfas hawn għal aktar informazzjoni jew sabiex tapplika online