Allowance tat-Tfal

Allowance tat-Tfal

L-Allowance tat-Tfal tingħata lil koppji miżżewġa, koppji f’unjoni ċivili, koppji li qed jikkoabitaw, ġenituri separati jew emigranti li ġew lura Malta, u li għandhom l-kura u l-kustodja ta’ tfal taħt is-16-il sena.

Dan il-kalkulatur huwa għodda li tippermettilek iddaħħal informazzjoni li minnha tinħadimlek proġezzjoni mhux uffiċjali għall-benefiċċju tiegħek. Din mhijiex stima uffiċjali u m’hemm l-ebda garanzija li int se tirċievi dawn l-ammonti. Il-preċiżjoni tal-istima tal-benefiċċju tiddependi minn kemm l-informazzjoni mdaħħla tkun viċin tal-informazzjoni fattwali fil-futur. Il-kalkulatur juża l-informazzjoni li ddaħħal u ma jikkomparax din l-informazzjoni mal-kont attwali tiegħek. Il-benefiċċju tas-sigurtà soċjali li tirċievi jrid jiġi kkalkulat skont il-proviżjonijiet tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).


Agħfas hawn għal aktar informazzjoni jew sabiex tapplika online - Dħul tal-Familja ma jeċċedix il-limitu stabbilit

Agħfas hawn għal aktar informazzjoni jew sabiex tapplika online - Dħul tal-Familja jeċċedi l-limitu stabbilit