Ċertifikazzjoni tal-Benefiċċju - Benefiċjarji Barranin

Ċertifikazzjoni tal-Benefiċċju - Benefiċjarji Barranin

Dan is-servizz huwa maħsub għal dawk il-benefiċjarji li jirċievu jew Pensjoni tal-Invalidità, Pensjoni tal-Irtirar jew Pensjoni tar-Romol mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u joqogħdu barra minn Malta b’mod permanenti. Permezz ta’ dan is-servizz, tista’ tiġġenera awtomatikament ċertifikat sabiex tikkonferma r-rata attwali tal-benefiċċju tal-pensjoni li tirċievi. Normalment, din iċ-ċertifikazzjoni tar-rata tal-benefiċċju tkun meħtieġa mill-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta’ fejn ikun residenti l-benefiċjarju. Sabiex tiġġenera dan iċ-ċertifikat, trid tipprovdi d-dettalji korretti kollha meħtieġa.








Tixtieq tirċievi ċ-ċertifikat tar-rati tal-benefiċċji b’email?